This free survey is powered by
Create a Survey
Surveys
2016
November
X
X’tiekol id-dar… Kwestjonarju ‘Menù għall-Bidla’ m
X’tiekol id-dar… Kwestjonarju ‘Menù għall-Bidla’ m
0%
Exit Survey
Għeżież studenti u ġenituri,
F’isem il-membri kollha tal-kumitat ta’ EkoSkola għall-proġett ‘Menù għall-Bidla’, qed nitolbukom l-għajnuna tagħkom biex tanalizzaw il-konsum tal-ikel fi djarkom.
Dan il-kwestjonarju huwa importanti ħafna għal xogħolna. Minbarra li kull membru fit-tim irid jimlieh bl-għajnuna tal-ġenituri tiegħu, qegħdin nitolbukom ukoll biex il-kwestjonarju jimtela minn sħabna l-istudenti tal-iskola kif ukoll mill-ġenituri tagħhom. Hekk inkunu nistgħu nieħdu ħjiel ta’ dak li hu ‘normali’ għalina fi djarna. Din l-informazzjoni se tgħinna niddeċiedu kif se nfasslu l-Pjan ta’ Azzjoni.
Napprezzaw ħafna jekk tgħinuna fil-mili ta’ dan il-kwestjonarju. Inwegħdukom li l-analiżi tat-tweġibiet tagħkom se jibqgħu anonimi u l-użu tagħhom se jkun biss għat-tfassil tal-attivitajiet tagħna.
Nirringrazzjawkom bil-quddiem.
Jekk issibu xi diffikultà, staqsuna u nweġbukom bil-qalb kollha. Taħt kull mistoqsija se ssibu xi tagħrif kif għandkom tweġbuha. Fil-bidu tal-formola hemm xi struzzjonijiet bażiċi dwar min għandu jimla l-formola.
Il-kumitat tagħkom ta’ EkoSkola
Il-mistoqsijiet immarkati bil-vjola huma indirizzati direttament lill-istudenti u jridu jweġbuhom huma.
Jekk il-mistoqsija tikkonċerna lill-familja kollha (xiri, tisjir, immaniġġjar ta’ ikel) ikun aħjar jekk l-istudenti jikkonsultaw mal-ġenituri tagħhom qabel iwieġbu.
1. Nixtiequ nkunu nafu minn fejn tixtru l-ikel tagħkom.
Għal kull sentenza mmarkaw kemm tagħmlu użu minnha permezz tal-iskala minn 1 sa 4 – 1 tfisser “qatt” u 4 tfisser “dejjem”.
1 qatt
2
3
4 dejjem
*
a) Nixtru l-ikel minn ħanut.
*
b) Nixtru l-ikel mis-suq tal-bdiewa (farmers' market).
*
ċ) Nixtru l-ikel direttament mill-bidwi.
*
d) Inkabbru l-ikel tagħna.
Jekk niżżilt li tkabbru l-ikel tagħkom, jekk jogħġbok speċifika liema ikel.
Kif tiddeċiedi x’ikel tixtri?
Aqra sewwa kull sentenza u uża l-iskala minn 1 sa 4 biex twieġeb skont kif tiddeċiedi x’se tixtri. Numru 1 ifisser “Ma jiddeskrivi xejn il-mod kif nixtri” u n-numru 4 jfisser “Jiddeskrivi eżatt il-mod kif nixtri”.
Immarka t-tweġiba għal kull sentenza.
1
2
3
4
*
Nagħti kas tal-prezzijiet biex ma tantx nonfqu.
*
Nixtri l-ikel skont ma jkolli aptit dak il-ħin.
*
Nixtri l-ikel skont minn liema pajjiż ikun ġej biex kemm jista’ jkun nixtri ikel lokali (imkabbar kemm jista’ jkun qrib minn fejn nixtri).
*
Nixtri ikel bit-tikketti fuqu ‘kummerċ ġust’ jew ‘organiku’.
*
Nixtri ikel mingħajr ma nagħti kas id-dehra (eż. ippakkjar mgħaffeġ jew imkemmex, zunnarija jew ħjar mgħawweġ, eċċ.).
*
Meta jkun possibbli nixtri ikel li ma jkollux żejt tal-palm.
*
Meta nixtri ħaxix u frott nippreferi nixtri tal-istaġun (dawk li jkunu qed jikbru u jsiru lokalment f’dak il-perjodu).
Kemm-il darba tiekol dan li ġej mid-dar?
Agħżel it-tweġiba li tgħodd għalik.
Kuljum
Darba iva u darba le
Darba jew darbtejn fil-ġimgħa
Anqas ta’ spiss
a) laħam jew prodotti magħmulin mil-laħam (inkluż perżut, bejken, ħot dogs, xaħam tal-ikel, eċċ.)
b) ħaxix
ċ) frott
d) ikel lest (pizza ffriżata, sopop tal-pakketti, zlazi lesti, dadi (cubes) tal-brodu, ikel lest kemm issaħħnu, eċċ.)
Kemm-il darba fil-ġimgħa tieħu l-kolazzjon?
Kuljum
Darba iva u darba le
Darba jew darbtejn fil-ġimgħa
Anqas minn darba jew darbtejn fil-ġimgħa
...mid-dar.
...fi triqtek għall-iskola minn xi ħanut tal-merċa/supermarkit jew convenience store.
...fi triqtek għall-iskola f’ħanut tal-fast food.
...tixtrih mill-iskola (tuckshop/vending machine).
...imsajjar fil-canteen.
…tieħdu minn xi klabb tal-kolazzjon fl-iskola.
WIEĠEB JEKK TRID: Kemm-il darba tmur ġo ħanut tal-
fast food
?
Kuljum
Darba iva u darba le
Darba jew darbtejn fil-ġimgħa
Anqas minn darba fil-ġimgħa
a) waħdek
b) mal-ħbieb
ċ) mal-ġenituri
Tbiddel l-ikel tiegħek skont dak li jkun qed jitkabbar fl-istaġun f’Malta? Eżempju, fir-rebbiegħa tiekol il-qaqoċċ u l-ful, waqt li fil-ħarifa ssajjar il-qargħa ħamra, eċċ.?
Immarka t-tweġiba li tgħodd għalik.
Żgur li le
Aktar le milli iva
Aktar iva mill le
Żgur li iva
Taf issajjar xi ħaġa?
Immarka t-tweġiba li tgħodd għalik.
Iva
Le
Jekk IVA, x'taf issajjar?
How satisfied are you with the following:
Very Dissatisfied
Not Satisfied
Neutral
Satisfied
Very Satisfied
Website
Customer Service
Overall
Loading...
close
Loading...
Close
staticapp1.questionpro.net